Roberto Mancini Pożittiv Għall-Covid-19
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini ittestja pożittiv għall-Covid-19. Dan ħabritu l-Assoċjazzjoni tal-Futbol fl-Italja l-FIGC fi stqarrija lbieraħ filgħaxija.
L-FIGC qalet li Mancini irriżultat pożittiv f’testijiet ta’ rutina li saru lill-istaff tekniku kollu qabel ma jibdew l-impenji internazzjonali.
Mancini m’għandu ebda sintomi u fil-fatt qed jiżola ruħu fir-residenza privata tiegħu f’Ruma.
L-Italja ser tilgħab partita ta’ ħbiberija nhar l-Erbgħa li ġej kontra l-Estonja bl-ewwel impenn fil-UEFA Nations League ikun kontra l-Polonja l-Ħadd 15 ta’ Novembru.
Ritratt: sempreinter.com