Saru 462 Telefonata Minħabba Dak Li Ġara Fil-Gżira… Mela X’Ġara?!

Bħal-lum 8 ta’ Novembru tal-1936 fl-istadium tal-Gżira kien hemm madwar 15,000 spettatur biex jaraw partita bejn ir-rivali Sliema Wanderers u Floriana.
Din il-logħba spiċċat bi draw ta’ 1-1.
Tant kien hemm interess, li l-exchange tal-Belt Valletta kien irċieva madwar 462 telefonata minn persuni biex ikunu jafu r-riżultat.
Dak iż-żmien irridu niftakru li ma kienx hemm aġġornamenti bħal-lum u l-midja li għandna f’idejna.
Ritratt: Gżira Local Council