Se Jkun Jista’ Jindifen Tliet Xhur Wara Li Nqatel Minn Missieru
II-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia ordna li l-katavru ta’ Antoine Dalli jiġi rrilaxxat għad-difna.
Dalli nqatel tliet xhur ilu minn missieru Salvu f’Awwissu li għadda wara li nqala’ argument bejniethom fir-residenza tiegħu f’Ħal Għaxaq.
Ir-rilaxx tal-katavru tiegħu jista’ jseħħ wara li l-esperti forensiċi kkonkludew li l-vittma miet kważi mill-ewwel wara li qala’ tir fl-istonku tiegħu.