Sentejn Ilu Ħalliena T-Tabib Ċensu Moran…

 Sentejn Ilu Ħalliena T-Tabib Ċensu Moran…

Bħal-lum sentejn ħalla din id-dinja t-Tabib Vincent Moran li serva bħala Ministru tas-Saħħa fis-snin 70 u 80. Jibqa’ magħruf għar-riformi li wettaq fis-settur tas-saħħa taħt il-Gvern ta’ Pawlu Boffa u anke tal-Perit Duminku Mintoff.

Iżda iżjed minn hekk, jibqa’ dejjem magħruf għall-altruwiżmu li kellu fi ħdan is-soċjetà.

Beda jipprattika fil-professjoni ta’ tabib fl-1958. Kien ukoll intagħżel mill-Prim Ministru Dom Mintoff biex jorganizza l-funeral statali tal-ex Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier; liema funeral kien wieħed mill-aqwa li qatt sar f’pajjiżna b’tislima xierqa lil ex-mexxej ta’ pajjiżna.

Huwa miet fl-isptar Karin Grech li kien fetaħ hu stess lura f’Novembru tal-1979.

Minn StradaRjali.com insellmu l-memorja tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com