Skema Għall-Tfal Li Ma Jistgħux Jattendu Skola Għal Tul Ta’ Żmien

Aqra kemm Tiflaħ: programm tal-Aġenzija tal-Litteriżmu Nazzjonali. L-għan huwa li jtejjeb libreriji fi skejjel primarji tal-gvern.
L-Aġenzija ħabbret skema ġdida fi ħdanha: Aqra d-Dar. Din l-iskema hija maħsuba għal dawk l-istudenti miżmuma d-dar kwarantina jew ma jifilħux, u hija miftuħa għall-studenti li jattendu primarja , medja u sekondarja. L-iskema taħdem billi l-istudenti jagħżlu żewġ kotba, wieħed bil-Malti u l-ieħor bl-Ingliż, minn fuq is-sit www.education.gov.mt.
Il-kotba jitqassmu bil-posta jew bl-idejn minn uffiċċjal tal-Aġenzija bla ħlas.
Għal aktar informazzjoni, segwi l-vidjo pprovdut mill-Aġenzija hawn taħt:
https://www.facebook.com/AqrakemmTiflah/posts/3531548366868177