Miżuri Ta’ Swabbing Għal Nies Vulnerabbli
Ilbieraħ l-Awtorità tal-istandards għall-Ħarsien Soċjali ddikjarat li waqqfet ċentru ta’ swabbing u contact tracing għal nies vulnerabbli bħall-anzjani u nies b’diżabbiltà.
Michael Mizzi, Il-Kap ta’ dan l-operat jispjega kif f’dan l-aħħar xahar qed itqassmu swab kits fid-djar tal-anzjani kif ukoll fid-djar ta’ tfal u persuni b’diżabilità. Dan biex nies li huma vulnerabbli ma jiġux esponuti aktar għal dan il-virus qattiel, u permezz ta’ dan, is-sitwazzjoni tista’ tiġi aktar ikkontrollata.
Dawn it-testijiet imbagħad jittiħedu mal-ewwel fil-laboratorji ta’ Mater Dei fejn isir ukoll il-proċess standard ta’ contact tracing.
Huwa kkakulkulat li bejn Ġunju s’issa, saru madwar tletin elf test b’kollox fid-djar tal-anzjani u tal-ħaddiema li jaħdmu f’dawn id-djar.
Ritratt: Clinicaladvisor.com