“Tajjar Kelba U Ħalliha Tferfer Fid-Demm”

 “Tajjar Kelba U Ħalliha Tferfer Fid-Demm”

F’post fuq il-paġna ta’ Facebook RUBS PUPPY LOVE, ġuvni lmenta dwar is-servizz tal-ambulanza tal-annimali.

Huwa qal li aktar kmieni illum “fil-limiti ta’ Gudja, xi ħadd tajjar kelba u ħalliha tferfer fid-demm”. Zaffarese qal li minnufih huwa ċempel fuq in-numru 1717, iżda ma sabx l-għajnuna li ħaseb li kien se jsib. Huwa allega li l-Animal Welfare farfru kull responsabbiltà, hekk kif qalulu li minħabba li mhiex kelba stray huma ma setgħu jagħmlu xejn.

Iż-żagħżugħ appella li jekk din verament hija l-proċedura għandhom jinbiddlu l-affarijiet, għaliex fi kliemu “bħal ma hawn ambulanza tal-gvern għan-nies, għandu jkun hawn għal kreatura ħafna aħjar minn nies”.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com