Trump Fl-Aħħar Iċedi Għat-Transizzjoni Biden

 Trump Fl-Aħħar Iċedi Għat-Transizzjoni Biden

It-Tnejn filgħaxija il-president Donald Trump irrikonoxxa fl-aħħar li l-Amministrazzjoni Ġenerali tal-White House għandhom bżonn jagħmlu xogħolhom u b’hekk ser jikkopera biex issir it-transizzjoni mill-amministrazzjoni Trump għal Biden, li rebaħ l-elezzjonijiet ġimgħat ilu.

Dan ifisser li issa l-amministrazzjoni ta’ Biden tista’ taċċessa r-riżorsi finanzjarji u operattivi inġenerali tal-White House, biex ikunu jistgħu jibdew il-ħidma tagħhom, bl-amministrazzjoni Biden li stqarret li l-ewwel prijorità se tingħata llil-pandemija.

Xorta waħda, jgħid Trump. li mhux ser ibaxxi rasu għal din is-sitwazzjoni u li l-każ kontra Biden ser ikompli biex, skont hu, fl-aħħar il-verità toħroġ.

Id-deċiżjini ta’ Trump anka ġiet influwenzata mill-aħħar riżultati li ċċertifika l-istat Michigan, fejn anka sapporters ta’ Trump stess ipprotestaw biex din is-sitwazzjoni ta’ inċertezza tispiċċa minnufih.

 

Ritratt: BayNews9.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com