Is-Sala Ewlenija Tal-Komunità taċ-Ċentru Artistiku Ser Tissemma Għal Oliver Friggieri
Ilbieraħ filgħaxija waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, iċ-Chariman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef semma li l-Valletta Design Cluster, li huwa proġett li qed jara l-bini tal-Biċċerija tal-Belt jiġi irrinovat, ser jissemma għall-ġieħ il-memorja tal-maħbub Oliver Friġġieri.
https://www.facebook.com/lerbgha/videos/214134596839616
Il-Valletta Design Cluster ser ikun spazju tant bżonnu fil-qalba tal-Belt Kapitali li ser joħloq post komuni għal attivitajiet kreattivi u kulturali. Din is-sala tal-komunità għandha l-viżjoni li toħloq faċilità lill-artisti u kreattivi biex ikollhom post wieħed fejn ikunu jistgħu jitgħallmu, jikkreaw u joħolqu relazzjonijiet siewja ma’ artisti oħra.
Fost diversi faċilitajiet, iċ-ċentru ser ikun qed iħares lejn diversi spazji għall-esibizzjonijiet, studios, units residenzjali, kmamar għall-lezzjonijiet u konferenzi, kaffeteria u spazji fejn l-artisti jkollhom l-għodda neċessarji biex jikkreaw u jaħdmu xogħolhom.
Micallef jgħid kif il-proġett ser ikun iffinalizzat fl-ewwel xhur tas-sena li ġejja, u li huwa fost wieħed mill-ikbar proġetti infrastrutturali li se tara l-Belt Kapitali. Ikompli jgħid li huwa xieraq li dan iċ-ċentru kulturali u artistiku jissemma għal Oliver Friggieri, li tant ta kontribut fil-qasam letterarju, lingwistiku f’Malta.