Prim Ministru: Malta se Jkollha l-Vaċċin COVID-19 fil-Bidu ta’ Jannar

 Prim Ministru: Malta se Jkollha l-Vaċċin COVID-19 fil-Bidu ta’ Jannar

Fuq midja soċjali Facebook, ilbieraħ Robert Abela wiegħed li l-vaċċin COVID-19 ser ikun disponibbli fi xtutna sal-bidu ta’ Jannar.

Abela jsostni kif filwaqt li jkun ideali li l-vaċċin ikun għandna anka qabel iż-żmien imsemmi, il-bidu ta’ Jannar hija l-iktar dikjarazzjoni realistika li jista’ jagħmel dwar il-vaċċin.

Mistoqsi jekk hux il-vaċċin ser ikun obbligatorju, il-prim ministru jirrispondi li għalkemm dan mhux ser ikun ta’ bilfors, imma xorta jissuġerixxi li kulħadd jieħdu u li Malta ser ikollha ħażna ta’ vaċċini biżżejjed għall-popolazzjoni kollha.

Prim Ministru Robert Abela temm billi qal li ladarba dan il-vaċċin ikun disponibbli, mhux għal Malta biss imma anka għad-dinja kollha, il-vjaġġar, l-ekonomija u l-ħajja ta’ kuljum ser jerġgħu fi triqthom lura għan-normal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com