Niddiskutu l-Vjolenza Domestika: Illum Qabel Għada

 Niddiskutu l-Vjolenza Domestika: Illum Qabel Għada

Waħda minn kull erba’ nisa f’Malta tgħaddi minn xi forma ta’ vjolenza, bl-aħħar femiċidju li ra vittma oħra fi Frar li għadda. B’hekk, għada il-25 ta’ Novembru, li timmarka l-ġurnata Internazzjonali kontra l-vjolenza domestika fuq in-nisa, il-Moviment Graffitit ser ikun qed jorganizza diskussjoni online Let’s Talk About Violence against Women, li ser issir bejn membri attivisti u akkademiċi li għandhom esperjenza wiesgħa fuq dan is-suġġett.

Skont rapport maħruġ mill-GREVIO (Council of Europe Group of Experts on Action against Violence against Women and Domestic Violence), Malta tħares lejn bżonn urġenti ta’ bidla fis-sistema tagħha ta’ kif tqandel il-vjolenza domestika f’Malta.

Dan ir-rapport jenfasizza żewġ punti prinċipali. Primarjament li l-korp tal-pulizija għandu jkollu taħriġ fi sfond fuq kif dan għandu jaġixxi ma’ vittmit ta’ vjolenza domestika – punt li akkademika u attivista Dr. Marcelline Naudi ilha tisħaq fuqu għal snin twal. Dan għax isiru diversi rapporti lill-ħafna organizazzjonijiet minn nisa stess,, li meta jirrapurtw il-każ, dawn ma jittieħdux b’wisq serjetà.

Punt ieħor importanti li l-istess Kunsill qiegħed jimbotta hi li l-piena għal dawn l-offendenti domestiċi mhijiex waħda li tiskuraġixxi jew tiġġustifka l-gravità bħal mhija l-vjolenza domestika u/jew kwistjonijiet relatati bħal  m’huma stupru u abbużi simili. Diversi vittmi wkoll jirrapurtaw kif meta kienu fil-qorti, dawn esperjenzaw ħafna victim shaming mill-avukati u mis-sistema ġudiżjarja inġenerali.

Il-Moviment iħeġġeġ biex in-nies isegwu dan il-webinar li ser jara membri esperti u attivisti mhux biss fil-qasam ta’ domestika vjolenza imma kif ukoll ta’ oqsma simili li jidħlu fis-suġġetti ta’ LGBTIQ, sesswalità u prostituzzjoni.

Il-kelliema huma Dr. Marceline Naudi, Ms Elaine Compagno, Ms Amanda Cossai, u Ms. Maria Borg.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com