“We Will Win!” – Trump Għadu Jgħid Li Hu Ser Jibqa’ President
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump għadu qed jirrifjuta li jaċċetta t-telfa li sofra fl-elezzjonijiet preżidenzjali tal-ġimgħa li għaddiet.
It-tim Repubblikan tal-kampanja ta’ Trump qed ikompli jinsisti għal recounts f’diversi stati li marru lejn id-Demokratiċi kif ukoll qed iressqu kawżi fil-qrati biex ireġġgħu lura r-riżultati f’postijiet bħal Pennsylvania.
Il-President innifsu ma jridx jikkonċedi t-telfa u fi tweet il-bieraħ iddikjara “WE WILL WIN!”.
Minkejja dan, ir-rebbieħ tal-elezzjonijiet preżidenzjali Joe Biden rċieva telefonati ta’ awguri minn numru kbir ta’ mexxejja internazzjonali inklużi minn alleati ewlenin bħall-Kanada, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit
Il-President elett Joe Biden qal li hi tal-mistħija li Donald Trump għadu m’ammettiex it-telfa elettorali filwaqt li nsista li xejn mhu se jwaqqaf il-proċess ta’ tranżizzjoni li ser jieħdu fil-White House minn Jannar li ġej.
Ritratt: CNBC.com