Żdiedet Il-Prostituzzjoni Mill-Irġiel F’Pajjiżna?
Qatt ma tista’ tiġġeneralizza għalxhiex din issir. Hemm irġiel li joffru ġisimhom għal bosta raġunijiet. Jista’ jkun nuqqas ta’ finanzi, droga jew anke l-aptit qawwi għas-sess.
Hija wkoll sitwazzjoni li forsi tidher marbuta mad-dinja omosesswali imma mhux dejjem hu l-każ. Hemm ukoll każijiet fejn irġiel miżżewġa jirrikorru għal dan it-tip ta’ sess bil-moħbi tan-nisa tagħhom.
Bosta jirrikorru għall-app Grindr li hija b’xejn. Din tintuża l-aktar minn persuna LGBTI fejn persuni jitkellmu bejniethom u jsiru jafu lil xulxin minn hemm. Irridu nagħmluha ċara li l-Grindr mhix app ta’ prostituzzjoni. Hija app soċjali. Qed ngħidu biss li hemm min jużaha bi skopijiet differenti bħal ma jista’ jintuża l-facebook u l-instagram wara kollox.
Huwa fatt ukoll, li l-prostituzzjoni mhix biss marbuta mas-sess femminil imma wkoll dak maskil u dan dejjem jiżdied, aktar ma jgħaddi ż-żmien.
X’taħsbu intom dwar il-prostituzzjoni f’pajjiżna? Għandhom isiru liġijiet li jirregolarizzaw dan l-aspett?