Aktar Minn 300 Tifel Tal-Iskola Jirritornaw Mal-Familja Wara Li Kienu Maħtufa
Nhar il-11 ta’ Diċembru aktar minn 300 tifel tal-iskola ġew maħtufa mill-iskola tagħhom f’Kankara wara attakk li seħħ fuq l-iskola tagħhom.
Filwaqt li madwar 344 tifel ġew meħlusa, hemm diversi oħrajn li għadhom nieqsa. It-344 tifel illum jinsabu lura mal-familji tagħhom fil-majjistral tan-Niġerja. Madwar 4 tijiem ilu, is-subien waslu b’xarabank fejn sabu lil President Muhammadu Buhari jistenniehom.
L-awtoritatjiet Niġerjani issa qed jissuspettaw li dawn it-tfal ġew maħtufa minn banditi lokali, minkejja li il-grupp militant Jihadist Boko Haram kien saħaq li huwa l-grupp wara dan il-ħtif. Diversi esperti huma xettiċi dwar din l-allegazzjoni.
Ritratt: BBC