“Andrew Zahra Kien Ix-Xhud Tal-Ewwel Tieġ Tiegħi…”

 “Andrew Zahra Kien Ix-Xhud Tal-Ewwel Tieġ Tiegħi…”

Ilhom 20 sena jkantaw u jferrħu n-nies flimkien; Ina u Andrew; żewġ artisti lokali li huma umli u bravissimi. Kien fl-1999 li għamlu l-ewwel kanzunetta flimkien bl-isem ta’ : The Voice of the Moon fuq kitba ta’ Deo Grech u mużika ta’ Andrew Zahra.

Fis-sena 2000, kellhom l-ewwel tieġ flimkien u baqgħu jaħdmu flimkien sal-lum. “Ma nibdlux bħala pjanist. Drajna sew lil xulxin li b’ħarsa nifthemu”, tenniet Ina magħna.

Andrew Zahra kien ukoll ix-xhud tagħha fl-ewwel tieġ fl-2002. Ina qaltilna li jkun hemm żmien fejn idumu ġimgħat ma jaraw lil xulxin imma jafu li dejjem hemm meta jkun hemm il-bżonn.

Fl-2019 tellgħu musical mit-tfal tal-iskola ta’ Ina bl-isem ta’ Sebħ mill-Belt, mill-pinna ta’ Ġorġ Peress u Andrew Zahra kiteb il-parti l-kbira mużikali tiegħu.

Awguri għal aktar Ina u Andrew.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com