Arrestat B’Rabta Ma’ Tliet Serqiet Minn Ħwienet Tal-Ikel

 Arrestat B’Rabta Ma’ Tliet Serqiet Minn Ħwienet Tal-Ikel

Investigazzjoni konġunta bejn il-pulizija ta’ Ħal Qormi u ta’ Birkirkara, waslet biex ilbieraħ ġie arrestat raġel ta’ 36 sena, wara li hu ġie identifikat li wettaq tliet serqiet minn stabbilimenti tal-ikel.

Mill-istħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel, allegatament, wettaq dawn is-serqiet; fit-12 ta’ Diċembru fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard, fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 ta’ Diċembru fi Triq l-Intornjatur, Imrieħel, u fit-28 ta’ Diċembru fi Triq is-Salib, Imrieħel.

Fit-tliet każijiet, il-pulizija sabu sgass u serq ta’ flus kontanti mill-cash-registers.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat talGħassa Dr Nadine Lia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com