“Inħarsu’L Quddiem B’Kumpass Edukattiv… Riġenerazzjoni Tas-Sistema Edukattiva” – Frank Fabri

 “Inħarsu’L Quddiem B’Kumpass Edukattiv… Riġenerazzjoni Tas-Sistema Edukattiva” – Frank Fabri
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni Dr. Frank Fabri wassal il-viżjoni tiegħu għas-sena 2021 fil-qasam edukattiv.
Tenna li “Fl-2021 ser inħarsu ‘l quddiem b’kumpass edukattiv lejn; is-sostenibbilità, il-ħarsien tal-ekwita’, il-kwalita’ u l-inklużjoni, u anke r-riġenerazzjoni tas-sistema edukattiva li tiġbor fiha t-tagħlim u t-taħriġ tul il-ħajja u li tilħaq l-imħuħ, il-qlub u l-idejn ta’ kull wiċċ b’isem u kunjom li jinsab fi vjaġġ edukattiv lejn ċittadinanza attiva, kuntenta u impjegabbli.”
Dan ikompli jawgura tajjeb biex l-edukazzjoni f’Malta dejjem tkun fuq nett tal-aġenda biex minnha jgawdi kulħadd.
Nieħdu gost naraw dan l-impenn li ma jaqta’ xejn b’riżq edukazzjoni dejjem aktar ta’ kwalità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com