Attivitajiet Fantastiċi Dan Il-Milied Ma’ Esplora!

 Attivitajiet Fantastiċi Dan Il-Milied Ma’ Esplora!

Dan il-Milied, Esplora ħasbet kif matul iż-żmien ta’ festi tistgħu tgawdu lkoll flimkien il-ferħ li jġib miegħu dan iż-żmien. Xows mill-isbaħ u attivitajiet meraviljużi ideali għall-familja kollha! Wieħed jista’ jgħaqqad il-ħiliet artistiċi tiegħu ma’ dawk tekniċi sabiex joħloq diversi oġġetti relatati mal-Milied. Jekk tingħaqdu mal-attivitajiet esplorattivi u divertenti fl-Esplora, taraw kif il-maġija tal-Milied u x-xjenza m’humhiex daqshekk differenti minn xulxin!

U mhux dan biss tafux! It-tfal li se jżuru Esplora – Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, bejn l-1 ta’ Diċembru 2020 u ‘l 31 ta’ Jannar 2021 se jidħlu B’XEJN! L-offerta hija valida għat-tfal bejn 0 u 15-il sena.

Araw hawnhekk x’tistgħu tagħmlu fil-ġranet li ġejjin ma’ Esplora…

XJENZA FESTIVA

  • Light Up Your Christmas (Età: 4+)

Dan huwa ż-żmien tas-sena fejn kulħadd jibda jaħseb biex iżejjen id-dar għall-istaġun tal-festi! F’din l-attività wieħed jista’ jipprova joħloq id-dekorazzjonijiet tas-siġra tal-Milied tiegħu stess. Taraw ukoll kif tistgħu tikkrejaw kartolina u tagħmlulha d-dawl. ‘Light Up Your Christmas’ hija attività tassew divertenti li permezz tagħha titgħallmu aktar dwar l-elettriku u fl-istess ħin għandkom l-opportunità sabiex tkunu kreattivi u artistiċi fl-istess ħin.

  • Make A Snowflake Station (Età: 4+)

Qatt użajtu l-matematika biex toħolqu dekorazzjoni tal-Milied? Din hija attività ħelwa fejn il-membri tal-familja jistgħu jingħaqdu lkoll flimkien. Se titgħallmu kif tużaw il-matematika biex toħolqu disinji simetriċi tal-borra u tiskopru modi differenti kif toħolqu dawn il-forom affaxxinanti. Ftehmu l-familja kollha sabiex flimkien toħolqu girlanda sabiħa tal-Milied u żżejnu d-dar tagħkom. Divertiment garantit!

 

XOWS TAX-XJENZA

  • 12 Days Of Christmas (Età: 5+)

Hawnhekk tistgħu taraw kif Esplora taw xeħta xjentifika lil din il-kanzunetta tassew popolari tal-Milied. Ingħaqdu flimkien għal spettaklu mimli kuluri, mużika, u esibizzjonijiet mill-isbaħ!

  • Electrobuzz! (Età: 8+)

Dan l-ispettaklu tax-xjenza se jgħinkom tesploraw l-għeġubijiet tal-elettriku. L-elettriku jagħmel vjaġġ inkredibbli sakemm jilħaq id-djar tagħna, u f’dan ix-xow se taraw kif jista’ jirnexxielkom tisfruttaw l-elettriku naturali, taraw eżatt x’inhu ċirkiwt, kif tistgħu tiġġeneraw l-elettriku u kif tistgħu tużaw il-messaġġi elettriċi li jibgħat il-moħħ tagħna biex tikkontrollaw lil nies oħra. Electrobuzz! huwa miġjub lilkom grazzi għal Identity Malta.

 

PLANETARIUM

  • Wonders Of The Night Sky: Christmas Edition (Età: 3+)

Spettaklu ieħor mill-isbaħ fejn tistgħu ssiru tafu x’qed jagħmlu l-astronawti fuq l-‘International Space Station’ kif ukoll tivvjaġġaw bil-lejl u taraw kif tidher is-sema lejliet il-Milied!

 

> Għall-iskeda ta’ kull ġimgħa idħlu hawn: http://esplora.org.mt/week-schedule

> Esplora jinkoraġġixxu biex dejjem tiċċekkjaw il-Ħinijiet tal-Ftuħ minn fuq is-sit qabel iż-żjara tagħkom.

> Il-ħinijiet issibuwhom hawnhekk: https://esplora.org.mt/opening-hours/

KALENDARJU TAL-AVVENT TAX-XJENZA TAL-MILIED

Jekk qed tfittxu kalendarju oriġinali li jgħinkom tgawdu iktar ħin ta’ kwalità mat-tfal, allura l-Kalendarju tal-Avvent tal-Esplora huwa ideali għalikom. L-eċitament li kuljum tiskopri oġġett ġdid jaffaxina lil kulħadd speċjalment lit-tfal, propju għalhekk il-Kalendarji tal-Avvent saru tant popolari! Tistgħu tgħoddu l-ġranet sal-Milied permezz ta’ diversi attivitajiet fantastiċi li jagħtu lok biex kemm it-tfal, kif ukoll l-adulti, jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom. Dan il-kalendarju tistgħu tniżżluh b’xejn minn fuq is-sit: www.esplora.org.mt/christmas-science-advent-calendar/

 Ħudu ritratti tal-kreazzjonijiet tagħkom u żommuwhom sal-aħħar. Fil-25 ta’ Diċembru Esplora għandhom rigal speċjali għalikom!

 

MAWRIET STORIĊI MADWAR L-ISPTAR NAVALI RJALI BIGHI

B’kommemorazzjoni għal 50 sena anniversarju mill-għeluq tal-Isptar Navali Rjali Bighi, Esplora nediet mawriet bi gwida madwar dan il-bini storiku. Permezz ta’ dawn il-wirjiet se jkollkom l-opportunità esklussiva sabiex tesperjenzaaw u ssiru tafu aktar dwar il-bidu storiku taċ-Ċentru tax-Xjenza u tiskopru li x-xjenza u l-istorja, b’xi mod, dejjem imxew id f’id.

Se tkunu tistgħu timxu l-passi ta-infermiera li ħadmu f’dan l-isptar, kif ukoll f’dawk tal-pazjenti, fil-maġġoranza tagħhom suldati li servew f’diversi gwerer. Għad hemm marki tal-bumbardamenti jidhru fuq il-ħitan. Hemm ukoll graffiti li tħallew fuq il-ħitan minn suldati midruba. Se tkunu tistgħu tgħaddu wkoll mill-’Insanity Ward’ u taraw il-bibien oriġinali li kienu jwasslu għaċ-ċelel tal-pazjenti.

 

  • Dawn il-mawriet orjentati għall-familja kollha, ideali għal etajiet minn 8 snin ’il fuq. Il-gruppi se jsegwu l-protokolli kollha tal-Covid-19 maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika.
  • Biex tibbukjaw din il-mawra m’hemmx ħlas addizzjonali, għajr dak tad-dħul, iżda jkun aħjar jekk tibbukkjaw il-post tagħkom sabiex ma tkunux diżappuntati. Tirreġistraw billi timlew din il-formola: https://forms.gle/SSowNw9fHDzVtsmW9
  • Għal aktar informazzjoni tistgħu tkellmu lil wieħed mill-membri tat-tim ta’ Esplora billi ċċemplu fuq +356 2360 2300 jew tibagħtu imejl lil: [email protected]

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com