AX Hotels Jingħataw Żewġ Awards Internazzjonali

 AX Hotels Jingħataw Żewġ Awards Internazzjonali

Il-Kumpanija AX Hotels ingħatat żewġ awards fl-avveniment ‘2020 World Travel Awards’ li ċċelebra l-eċċellenza tas-setturi tat-turiżmu, vjaġġar u ospitalità. Rosselli AX Privilege ġie rikonoxxut bħala l-aqwa ’boutique hotel’ f’Malta filwaqt li AX The Palace ġiet rikonoxxuta bħala l-aqwa business hotel f’Malta għat-tieni sena.

“Aħna onorati li ġejna mogħtija dan ir-rikonoxximent prestiġjuż, unur li għandu sinifikat qawwi fejn bħalissa qed niffaċċjaw sfidi kbar bħala settur,” qalet Claire Zammit Xuereb, Direttriċi tal-Ospitalità ta’ AX Group. “It-tim tagħna ħadem bla heda biex joffri esperjenzi uniċi sabiex nagħtu ġieħ lit-tradizzjonijiet Maltin u l-ospitalità, u joffri servizz iprem milli kienu qed jistennew il-mistednin.”

Is-Sur Kevin Callus, Maniġer Ġenerali ta’ The Palace u Rosselli, rringrazzja lill-mistednin u l-ħaddiema għas-sapport fis-suċċess tagħhom. Huwa kompla jirringrazzjahom tal-impenn tagħhom, u saħaq li dawn l-awards ser ikomplu jimmotivaw lit-tim kollu sabiex jilħqu għanijiet akbar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com