Baqa’ 6 Sigħat Biex Tintemm l-Istrina 2020. Inti Ċempilt?

L-Istrina 2020 tinsab fl-aqwa tagħha; festa kbira Maltija ta’ solidarjetà u mħabba li lkoll nistennewha minn sena għall-oħra.
Din is-sena, għal darb’oħra, il-poplu qed juri l-qalb kbira li għandu bid-donazzjonijiet deħlin kontinwament minn kull sfera tas-soċjetà!
Komplu ċemplu, komplu agħtu. Din hija Malta tagħna; pajjiż żgħir b’qalb enormi. Sa issa s-somma diġà laqħet €2, 583. Kuraġġ!