Bħal-Lum Sena Miet Il-Kardinal Malti Prospero Grech

 Bħal-Lum Sena Miet Il-Kardinal Malti Prospero Grech

Bħal-lum sena, 30 ta’ Diċembru 2019 kienet tħabbret il-mewt tal-Kardinal Malti Prospero Grech li miet fl-għomor ta’ 94 sena fl-Italja.

Il-kardinal Malti kien għadu kif għalaq sninu f’lejlet il-Milied.

Huwa kien patri Agostinjan, twieled il-Birgu, u kien it-tieni Kardinal fl-istorja ta’ Malta. Kien inħatar Kardinal fl-istat tal-Vatikan mill-Papa Emeritu Benedittu Sittax fil-Bażilika ta’ San Pietru waqt laqgħa pubblika magħrufa bħala konċestisjorju fi Frar ta’ 8 snin ilu.

Bħala Kardinal, kien ingħata t-titlu titulari ta’ Arċisqof ta’ Santa Leone f’Ruma.

Prospero Grech kien iddistingwa ruħu fl-impenn u s-servizz tiegħu fil-Knisja u kien imfittex bil-bosta għall-ħsiebijiet profondi tiegħu.

Insellmu l-memorja tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com