Żieda Rekord Fil-Każijiet Tal-Covid-19 Fl-Ingilterra

 Żieda Rekord Fil-Każijiet Tal-Covid-19 Fl-Ingilterra

“Iż-Żieda fil-każijiet tal-coronavirus fir-Renju Unit hija ta’ tħassib estrem”, qal kap tas-saħħa fl-Ingilterra, hekk kif ġie rrappurtat numru rekord ta’ każijiet għat-tieni jum konsekuttiv.

Nhar it-Tlieta, ġew irreġistrati 53,135 każ ġdid ta’ Covid kif ukoll 414 mewt oħra fi żmien 28 jum minn test pożittiv.

Mhux id-data kollha ġiet irrappurtata b’mod sħiħ matul il-perjodu tal-Milied, u dan wassal għal dewmien f’xi informazzjoni, iżda s-Saħħa Pubblika Ingliża qalet li kien hemm “żieda reali”.

Is-segretarju tas-saħħa qal li l-NHS qed tiffaċċja ‘pressjonijiet bla preċedent’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com