BĦALISSA: Appartament Jinħakem Min-Nirien Fl-Oqsma Tad-Djar Fil-Ħamrun – Ir-Residenti Evakwati

 BĦALISSA: Appartament Jinħakem Min-Nirien Fl-Oqsma Tad-Djar Fil-Ħamrun – Ir-Residenti Evakwati

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’ħidma kbira biex jitfu nirien li ħakmu residenza fi blokka ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar fil-Ħamrun. S’issa għad mhux magħruf jekk fil-ħin tal-inċident kienx hemm xi nies fl-appartament.

Dan is-sit jinsab informat li n-nirien tkebbsu għall-ħabta tal-12.00 p.m. meta għal xi raġuni bdew ħerġin dħaħen kbar mill-appartament.

Minnufih fuq il-post waslu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li evakwaw il-binja kollha u bdew bil-ħidma tagħhom biex jitfu n-nirien.

Fuq il-post waslet ukoll team mediku fuq il-post biex jassisti f’każ ta’ bżonn.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com