Għawdxija Ħatja Li Għamlet Akkużi Foloz Kontra L-Ex Sieħeb Tagħha

 Għawdxija Ħatja Li Għamlet Akkużi Foloz Kontra L-Ex Sieħeb Tagħha

Francine Cini minn Marsalforn ġiet ikkundannata tmien xhur ħabs sospiżi għal sena, wara li għamlet akkużi foloz fuq l-eks sieħeb tagħha.

Il-każ seħħ fl-2018 meta Cini marret l-Għassa tar-Rabat Għawdex u għamlet rapport falz dwar l-eks sieħeb tagħha. Hija allegat li dan kissrilha l-windscreen tal-karozza tagħha.

Madankollu, minn investigazzjoni li saret mill-Pulizija rriżulta li dan ma kienx il-każ u Cini ġiet akkużata mhux biss li għamlet rapport falz, iżda wkoll li għamlet ħsara fuq propjetà tal-eks sieħeb tagħha, akkuża li ma nstabitx ħatja tagħha.

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Joseph Mifsud qies il-fatt li f’Ottubru li għadda, l-imputata kellha tarbija. Huwa ħeġġeġ lill-partijiet biex ipoġġu rashom fuq għonqhom u jaraw id-differenzi ta’ bejniethom għall-ġid ta’ wliedhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com