Biden Iwiegħed Li Se Jiftaħ L-Iskejjel Fl-Istati Uniti… F’Malta Ilhom Miftuħin U Kienu Suċċess

Il-President Elett tal-Istati Uniti wiegħed li meta jinħatar uffiċjalment President tal-Istati Uniti, fost il-prioritajiet tiegħu se jkun hemm, li ssir obbligatorja li tintlibes il-maskra, li jingħataw l-ewwel miljun vaċċin u li jinfetħu l-maġġorparti tal-iskejjel fl-Istati Uniti.
L-iskejjel fl-Istati Uniti ilhom magħluqa minn Marzu li għadda. Fl-istati Uniti hem sitwazzjoni ħażina wara li s’issa kien hemm aktar minn 16-il miljun każ pożittiv mill-bidu tal-pandemija, b’aktar minn 200,000 każ ġdid kuljum u mietu aktar minn 300,000 persuna
Dan b’kuntrast għal Malta li fost ohrajn l-iskejjel fetħu f’Ottubru u baqgħu miftuħin waqt li l-miżuri li daħlu fis-seħħ juru li kienu suċċess, bi ftit każijiet kienu rrappurtati mill-iskejjel, dan waqt li c-childcare centres ilhom miftuħin minn Ġunju b’suċċess.