Bil-Filmat: Giorgia Mae Tixtieq Issir Veterinarja… Araw X’Qaltlu Lil Owen Fuq Prime Time

 Bil-Filmat: Giorgia Mae Tixtieq Issir Veterinarja… Araw X’Qaltlu Lil Owen Fuq Prime Time
Ilbieraħ fuq Prime Time fuq ONE TV, Owen Bonnici laqa’ lil Giorgia Mae u ommha Lydia Abela. Ħarġet l-innoċenza tat-tifla simpatika li ġibdet l-ammirazzjoni ta’ kulħadd fejn bdiet tirrakonta dwar l-esperjenza tal-Father Christmas u kif tħallilu l-ittra taħt is-siġra tal-Milied.
Dr. Lydia Abela qalet li f’Giorgia Mae tara ħafna lilha nnifisha għaliex bħalha kienet tħobb l-annimali sa minn ċkunitha. Għalkemm qalet li t-tifla għandha aktar il-karattru ta’ Robert u waqt li Lydia kienet aktar mistħija meta kienet żgħira, Giorgia Mae hija aktar kunfidenti.
Segwu l-intervista sħiħa hawn:

Ritratt: Mat Photography

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com