Bil-Filmat: Il-Covid Għaqdithom Bħala Triq U Issa Jingħaqdu Għal Żmien Il-Milied Ukoll

Ir-residenti ta’ Triq Dun Alfred Gatt f’Santa Venera għal darb’oħra reġgħu għamluha. Dan wara li fil-bidu tal-Pandemija tal-Covid-19 f’Malta, meta l-pajjiż kien f’lockdown parzjali bdew jorganizzaw diversi attivitajiet biex iżommu l-moral għoli fit-triq, issa r-resident tat-triq reġgħu ngħaqdu biex joħolqu atmosfera mill-isbaħ għal żmien il-Milied.
Fil-fatt bl-għajnuna wkoll tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera, ilbieraħ xegħlu siġra tal-Milied kbira li ntramat fil-bidu tat-triq biex titgawda mir-residenti kollha.
Għal din l-okkażjoni r-residenti stiednu l-membri tal-Kunsill Lokali u mill-ġdid rnexxielhom joħolqu atmosfera mill-isbaħ f’dan iż-żmien diffiċli filwaqt li żammu mal-miżuri kollha tal-Covid-19.
https://www.facebook.com/112064603805839/videos/803603656853242