Bil-Filmat: Jekk Tiskrupla Tarahx! Ħsejjes Strambi Flok Melodija Tal-Milied…
Flok semgħu mużika tal-Milied, ir-residenti xxukjaw ruħhom għal krib u ħsejjes relatati mal-att sesswali fuq is-sistema tas-sound fl-akkwata.
Jidher li xi ħadd mhux magħruf, daħal fis-sistema tal-Kunsill Lokali ta’ Belt fil-Puglia u neħħa l-Mużika tal-Milied u minflok tefa’ dawn il-ħsejjes erotiċi ta’ xi ħadd waqt azzjoni taħraq.
Intqal li dan sar apposta biex jiġbdu n-nies lejn negozju tal-ħwejjeġ tas-sodda imma mhux l-istess qalu r-residenti.
Ir-residenti tennew li dan mhux ħin u lok u saħansitra kellhom jgħattu widnejn uliedhom li dawn l-atti kapaċi jiskruplawhom. Jivvintawhom!