Bil-Filmat: Raġel Jappella Għal Aktar Sinjali Ta’ Twissija Fiċ-Ċirkewwa

 Bil-Filmat: Raġel Jappella Għal Aktar Sinjali Ta’ Twissija Fiċ-Ċirkewwa

Raġel li l-Ħadd li għada spiċċa biex tilef il-vettura tiegħu għall-maltemp u l-mewġ, appella għal aktar sinjali ta’ twissija fis-South Quay taċ-Ċirkewwa.

Huwa qal li ma ħasibx li dik iż-żona ssir daqstant perikoluża meta l-baħar ikun imqalleb u għalhekk, bla ħsieb ta’ xejn, ħalla l-karozza tiegħu pparkjata hemm. Qal ukoll li issa jrid jixtri karozza ġdida hekk kif il-ħsara fuq il-vettura hija rreparabbli, iżda xorta waħda, bħala ċittadin responsabbli, ħass il-bżonn li jħallas għas-servizz sabiex il-karozza tinġabar minn taħt il-baħar, sabiex jipprevjeni milli ssir ħsara ambjentali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com