Bir-Ritratti: Id-Diżastru Li Ħalla Warajh In-Nar Li Ħakem Appartament Fil-Ħamrun
Dawn huma ritratti minn ġewwa li juru d-diżastru li ħalla warajh in-nar qawwi li lbieraħ ħakem appartament ta’ familja fil-Ħamrun.
In-Nar qered kollox, saħansitra l-affarijiet personali tal-familja, is-sodod, l-għamara u ħafna aktar u prattikament kien fadlilhom biss il-ħwejjeġ li kienu lebsin fil-ħin tal-inċident.
Fid-dar kienu jgħixu wkoll ħamest’itfal u fl-aħħar siegħat saru diversi appelli għall-oġġetti, ikel u għamara biex jingħataw lil din il-familja.