Quddiem Il-Knisja L-Qadima Ta’ Birkirkara Inqalgħet Il-Pjazza Għas-Sitt Darba!!!

 Quddiem Il-Knisja L-Qadima Ta’ Birkirkara Inqalgħet Il-Pjazza Għas-Sitt Darba!!!

“Quddiem il-knisja l-“qadima” (Santa Marija) ta’ B’Kara, Triq Tommaso Dingli, reġgħu għaddejjin ix-xogħlijiet. Il-pjazza kollha maqlugħa. Din xi s-sitt darba li dan qed jiġri minn Frar 2013”, kiteb Dr. Alfred Sant fuq il-profil tal-facebook tiegħu.

Fakkar li dan il-proġett kien sar lejliet l-elezzjoni u f’ċerimonja elaborata, il-Prim Ministru dak iż-żmien Lawrence Gonzi kien nieda x-xogħlijiet tal-pjazza li saret bil-‘madum’.

Sant tenna li dan il-proġett mill-bidu nett deher li kien imfassal u mwettaq ħażin fejn ma’ kull ftit xita jew meta jgħaddu trakkijiet minn fuqu, il-madum jisfronda u l-art tispiċċa mħattba kollha.

“Għadek tista’ tara f’tarf tal-pjazza, it-tabella li tinforma lill-publiku bil-ġest sabiħ li wettaq il-Prim Ministru Gonzi meta ġie jniedi il-proġett ta’ dil-pjazza li minn dakinhar, mhux ħlief joħloq inkonvenjent u danni lil residenti u sewwieqa.” Hekk temm jgħid Dr. Alfred Sant.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com