Ilbieraħ David Casa Tilef Persuna Qrib Tiegħu Bil-Covid-19

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa qal li sa mill-bidu tal-pandemija kien jibża’ li l-Covid-19 tolqot lil xi ħadd qrib tiegħu. Huwa qal li din il-biża’ saret realtà hekk kif aktar kmieni illum huwa tilef liz-ziju tiegħu Salvino Degabriele.
“Sfortunatament, anke l-familja tiegħi esperjenzat telfa minn din il-marda”, qal David Casa fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, filwaqt li rringrazzja lil zijuh ta’ dak kollu li għamel miegħu.