Żagħżugħ Ta’ 18-Il Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ 4 Sulari

 Żagħżugħ Ta’ 18-Il Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ 4 Sulari

Żagħżugħ Olandiż ta’ 18-il jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tard ilbieraħ filgħaxija waqa’ għoli ta’ 4 sulari f’binja abbandunata f’Wied il-Għajn.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.00 p.m. fi Triq is-Salini meta l-pulizija ġiet mgħarrfa li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha wara li allegatament iż-żagħżugħ kien waqa’ erba’ sulari.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku ħarġu l-vittma mill-binja, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com