“Dan Iċ-Ċurkett Sibtu Jien Taħt Il-Bankina…”

Ilbieraħ ittella’ post li fih x’tammira. Jessica Falzon jidher li tilfet ċurkett li seta’ waqgħalha mill-baskett tagħha u tellgħet post fuq facebook fejn offriet anke rigal ta’ €100 għal min isibu.
Dlonk Josianne Scicluna weġbitha u qaltilha li ċ-ċurkett sabitu hi u saħansitra għamlet lejl tiċċekkja fuq facebook biex tara ta’ min hu.
Ta’ min wieħed jammirak Josianne. Ġest sabiħ għaliex kapaċi jfisser ħafna għal Jessica.
Però mhux talli hekk, talli r-rigal Josianne m’aċċettatux u qaltilha li dan irritornatu minn qalbha mhux għar-rigal.
Prosit tassew!