Dan Il-Milied Kun Responsabbli: Imma kif?
It-tabiba Georgiana Farrugia Bonnici mill-paġna ta’ Facebook ‘Be Holistically Healthy’ tat messaġġ b’saħħtu dwar id-divertiment għal żmien il-Milied waqt il-pandemija.
Hija għalqet il-mesaġġ tagħha b’mod xokkanti meta qalet li, jekk ma noqgħodux attenti ħafna, għall-diversi persuni vulnerabbli dan “jaf ikun l-aħħar Milied, u dan mhux xieraq”.
Hija sostniet li la għandna nattendu ikliet u attivitajiet fejn “jinġemgħu r-rases”u “saħansitra lanqas għal ikliet bejn membri tal-familja li ma joqogħdux fl-istess dar”.
Dr Farrugia Bonnici qalet li tinduna kemm hi prezzjuża l-ħajja meta titlef persuni qrib tiegħek li huma tamparek jew iżgħar, filwaqt li fakkret li bi sforz żgħir, billi nevitaw id-divertiment fi gruppi, inkunu qed insalvaw ħajjet ħafna nies.