Erba’ Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-Coronavirus

 Erba’ Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-Coronavirus

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 72 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 72 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fl-14 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke matul din il-ġimgħa tal-Milied nibqgħu viġilanti u nimxu mal-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra u distanza soċjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com