Erbat Itfal Li Jgħixu Fi Djar Residenzjali Jiddisinjaw L-Kartolini Tal-PM u S-Sinjura Abela

 Erbat Itfal Li Jgħixu Fi Djar Residenzjali Jiddisinjaw L-Kartolini Tal-PM u S-Sinjura Abela
Matul ix-xahar li għadda saret sejħa lit-tfal li jgħixu fid-djar residenzjali sabiex jissottomettu diżinn oriġinali tal-Milied sabiex jintuża għall-kartolini tal-Milied għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Aktar minn 50 tifel u tifla pparteċipaw u 4 minn dawn id-disinji ntgħażlu sabiex issa jiġu stampati f’kartolini.
“Filwaqt li ntgħażlu 4 diżinji li se jservu bħala l-awguri uffiċjali tagħna f’Malta u lil hinn minn xtutna, it-tpinġijiet u l-messaġġi sottomessi issa jinsabu kollha esebiti f’wirja speċjali fi Spazju Kreattiv”, qalet Dr Lydia Abela.
Abela qalet li t-tpinġijiet juru li minkejja l-pandemija jidher li dawn it-tfal xorta waħda “qed iħarsu lejn il-Milied bħala mument ta’ ferħ, imħabba u għaqda”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com