Esklussiva: Araw Il-Ġmiel Tal-Palk Għal-Lejla Fil-Belt Valletta

 Esklussiva: Araw Il-Ġmiel Tal-Palk Għal-Lejla Fil-Belt Valletta
Illejla se jittella’ spettaklu kbir fuq it-televiżjoni ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena! Bl-isem ta’ Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show, dan ser jixxandar fuq TVM, NET u ONE, din is-sena ser jieħu post l-avveniment li ssoltu jsir fil-Belt Valletta lejliet l-Ewwel tas-Sena.
Dan huwa organizzat mill-Valletta Cultural Agency bil-parteċipazzjoni tal-grupp internazzjonali Ember Trio kif ukoll b’artisti mix-xena lokali; The Palace String Orchestra, Amber, AIDAN, Jasmine, Kevin Paul Calleja u l-grupp satiriku popolari Min Imissu?
Il-preżentaturi tas-serata ser ikunu Ben Camille u Andreana Debattista. B’hekk, intom fi djarkom ser ikollkom serata ta’ divertiment bl-aqwa talenti biex flimkien nagħtu merħba għas-sena 2021.
Tajjeb ninfurma li l-ispettaklu se jixxandar biss fuq it-televiżjoni u mhuwiex miftuħ għall-pubbliku.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com