Ritratt Ta’ Familja Immigranti Meta Waslet Fil-Ġermanja: Tal-Isfar Żviluppa L-Vaċċin Tal-Covid-19

Dan ir-ritratt juri familja ta’ immigranti Musulmani Torok ftit wara li waslet fil-Ġermanja. Iċ-ċkejken li liebes l-isfar illum huwa eroj!
Dak it-tifel illum huwa x-xjentist Ugur Sahin, li flimkien ma’ martu Ozlem Tureci mexxa wieħed mill-gruppi ewlenin wara l-iżvilupp tal-vaċċin kontra l-coronavirus.
Sahin u Tureci ddedikaw ħajjithom għall-istudju fis-setturi tal-onkoloġija u l-mard infettiv, u qattgħu snin twal jaħdmu fuq trattamenti ppersonalizzati ta’ immunoterapija bil-għan li jgħinu persuni morda bil-kanċer.
Iżda fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-10, ir-riċerka ta’ din il-koppja fis-settur tal-modifikazzjoni tal-kodiċi ġenetiċi wasslithom sabiex saru l-imħuħ ewlenin wara waħda mill-aktar vaċċini effettivi tal-coronavirus.
Ritratt: Facebook / Terry Savan