“Iebsa Hux. Minn Ġewwa Mtertaq…” – Kieku Għada Toħroġ Il-Kunċizzjoni…

 “Iebsa Hux. Minn Ġewwa Mtertaq…” – Kieku Għada Toħroġ Il-Kunċizzjoni…
“Iebsa hux. Ħafna drabi wrejt li qisu mhu xejn. Ħafna drabi għidt, “mhux tagħna biss se tkun baqgħet ġewwa”. hekk kiteb Matthew Tonna Gilford fuq facebook tiegħu b’referenza għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla.
Din is-sena l-festi ma sarux bħas-soltu minħabba l-pandemija tal-Covid-19; saru biss fil-qlub tal-ħafna dilettanti u anke devoti, iżda madanakollu l-ispirtu kien xi ftit imtappan u mhux bħas-soltu għaliex hija fil-kultura tagħna li niċċelebraw.
“Fil-veritaà storja differenti. Minn ġewwa mtertaq. Xejn ma jimla l-vojt tal-ġenn tas-soltu. Xejn ma jissodisfak daqs meta tara li kollox irnexxa,” kompla jgħid Matthew.
Iżda għamel paragun tajjeb ħafna fejn fakkar li fl-imgħoddi, kien hawn mumenti agħar meta Malta kienet assedjata mit-Tieni Gwerra Dinjija billi wera ritratt ta’ 80 sena ilu meta l-Kunċizzjoni anqas biss inħarġet min-niċċa minħabba l-ordni tal-black out. Dan kien isir biex l-għadu ma jarax minn fejn ikun qed itir mill-ajru.
B’kuntrast pożittiv, almenu llum jekk tmur fil-Knisja, ser issub lill-Immakulata armata tistenniekom, kiteb Matthew filwaqt li talabha timla l-vojt ta’ qlubna bl-imħabba tagħha.
Minn Stradarjali.com, nieħdu l-okkażżjoni nawguraw il-festa t-tajba lill-Bormliżi kollha u anke lill-poplu Malti u Għawdxi li għandu għal qalbu lill-Madonna.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com