Għall-Ewwel Darba Għada Se Jsir Spettaklu Tan-Nar Organizzat Mir-Reġjun Tramuntana!

 Għall-Ewwel Darba Għada Se Jsir Spettaklu Tan-Nar Organizzat Mir-Reġjun Tramuntana!
Għall-ewwel darba għada, ir-Reġjun Tramuntana ser jorganizza spettaklu tan-nar minn lokalitajiet bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel tas-sena.
Dan qed ikun organizzat mal-kunsilli lokali tar-Reġjun, kmamar tan-nar u assoċjazzjonijiet oħra fil-lokalitajiet.
L-ispettaklu se jsir hekk:
• Il-Mellieħa – Ix-Xagħra ta’ Ġnien Ingraw – mill-Għaqda Tan-Nar Marija Bambina Mellieħa
• San Pawl Il-Baħar – il-Qarbuni – limiti tal-Wardija mill-Kummissjoni tan-Nar fi ħdan Żgħażagħ Ġawhrin ta’ San Pawl il-Baħar u mill-Kummisjoni Nar San Pawl il-Baħar
• L-Imġarr – fl-għelieqi Taċ-Cens u Tar-Ramlija mill-kumpless tan-nar Santa Marija u s-Soċjetà Spettaklu Marija Assunta
• Ħad-Dingli – Tal-Imgħajlaq mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli
• Ħal Għargħur – mill-fabbrika tan-nar San Bert.
• Rabat/Mdina/Mtarfa – Howard Gardens – mill-fabbrika tan-nar 19 ta’ Marzu
Imbagħad ser ikun hemm ukoll spettaklu minn fuq il-bjut:
• Mosta – St Mary’s Band Club – St Mary Fireworks Factory
• Naxxar – Peace Band Club – Peace Band Club
• Naxxar – Victory Band Club – Għaqda Muzikali Marija Bambina Banda Vittorja Naxxar
• Rabat – St Paul’s Band Club – St Paul’s Fireworks Factory
• Swieqi – Swieqi Local Council – Pyro solutions
• Pembroke – Pembroke Local Council – Pyro solutions
Opportunità sabiħa anke għal dawk li se jkunu f’darhom u għandhom il-kumdità li jgawdu l-ispettaklu minn fuq il-bejt tad-djar tagħhom. Awguri u prosit ta’ din l-inizjattiva.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com