Ġurnata Storika Għal Malta – Jaslu L-Ewwel 10,000 Vaċċin

 Ġurnata Storika Għal Malta – Jaslu L-Ewwel 10,000 Vaċċin

Jum storiku għal pajjiżna hekk kif propju ftit minuti ilu waslu l-ewwel 10,000 vaċċin kontra l-Coronavirus f’pajjiżna. Il-virus li bidel id-dinja iħda li minn għada, għandna l-għodda biex niġġielduh.

Malta hija waħda mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li se tlaqqam lill-poplu u dan mhux b’kumbinazzjoni iżda b’ħidma kbira bejn il-Gvern Malti u l-awtoritajiet internazzjonali tas-saħħa.

Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li issa ser nibdew nimxu ‘l quddiem fejn ilkoll nieħdu r-ruħ mill-ġdid.

F’konferenza tal-aħbarijiet, kien hemm ukoll preżenti l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci fejn esprimew is-sodisfazzjon tagħhom u anke l-emozzjoni li qed iħossu wara xhur tqal li fihom batejna, u anke tlifna lill-għeżież tagħna.

Dan il-vaċċin ser jingħata mingħajr ħlas u kulħadd huwa mħeġġeġ li jieħdu! Dan il-vaċċin se jwassal biex anke l-ekonomija terġa’ tistejqer.

Kuraġġ Malta u Għawdex!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com