Ikkritikawh Għax Uża L-Frażi ‘Ngħin lil marti fil-kċina’

 Ikkritikawh Għax Uża L-Frażi ‘Ngħin lil marti fil-kċina’
“Ilbieraħ ġejt ikkritikat mill-grupp Women for Women minħabba illi s-Sibt użajt il-frażi “ngħin” lil marti fil-kċina.” hekk kiteb l-MEP Alex Agius Saliba.
Tenna li toħroġlu naturali l-kelma ‘ngħin’ għaliex matul il-ġimgħa jkun ‘il bogħod minn familtu u meta jkollu l-ħin, jipprova jagħmel li jista’ biex jinqasmu r-responsabbiltajiet bejn il-koppja.
“Xi kultant, mingħajr ma nafu, aħna l-politiċi b’xi kelma illi nużaw nistgħu nwasslu messaġġ żbaljat u peress illi għamilt dan nixtieq niskuża ruħi”, kompla jgħid Alex filwaqt li skuża ruħu wkoll fil-konfront ta’ dawk in-nies li qal li seta’ offenda.
Bla dubju li nifhmu lill-grupp Women for Women u huwa tajjeb li jaqbżu għad-drittijiet imma hemm għalfejn ninterpretaw dak li nafu li hu ġenwin? Temmnu li bi kliemu l-MEP li seta’ kien min kien, ried iwaqqa’ jew joffendi lin-nisa? X’taħsbu intom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com