Is-Servizz tal-Gozo Channel Se Jkun Sospiż Fil-Milied U L-Ewwel Tas-Sena

 Is-Servizz tal-Gozo Channel Se Jkun Sospiż Fil-Milied U L-Ewwel Tas-Sena

Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-kumpanija Gozo Channel se tissospendi s-servizz tagħha bejn nofsinhar (12.00) u t-tlieta (15.00) ta’ waranofsinhar.

Is-servizz ser ikun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji tagħhom.

Fil-jumejn imsemmija, il-vjaġġi ta’ 12.00, 12.45, 13.00, 13.30, 13.45, 14.00 u 14.30 mill-Mġarr ghaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12.15, 12.45, 13.30, 13.45, 14.15, 14.30 u 14.45 miċ-Ċirkewwa mhumiex ser isiru.

Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11.30 a.m., filwaqt li l-aħħar vjaġġ miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal 12.00 p.m.  Wara nofsinhar, is-servizz jerġa’ jibda fit-3.00 p.m. mill-Mġarr għaċ-Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr ikun dak tal-3.15 p.m.

Il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kumpanija li huma obbligati jaħdmu shifts twal u xi drabi f’kundizzjonijiet ta’ temp diffiċli. Il-kumpanija rringrazzjathom għall-isforzi li jagħmlu u x-xogħol eċċellenti sabiex jipprovdu servizz kostanti lill-passiġġiera.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com