Il-Father Christmas Iġib L-Istess Rigali Lil Kulħadd?
It-tfal l-hena tagħhom f’dan iż-żmien. Jistennew lir-raġel tal-Milied iġibilhom dak ir-rigal li jkunu stinkaw għalih bl-imġieba tagħhom.
Almenu hekk tkun l-idea… Tradizzjoni ħelwa u sabiħa. U għandna nibqgħu nżommuha.
Però qatt għaddielna ħsieb li meta nitfgħu r-ritratti tar-rigali li t-tfal tagħna jkunu rċevew, ikun hemm familji li forsi jkollhom għafsa ta’ qalb għaliex ma jkunux jistgħu jagħtu bħal ħaddieħor?
Tgħidulna ‘x’intom tgħidu? Mela fuq kollox irridu nitkellmu!’ Huwa biss ħsieb. Kulħadd għandu dritt jitfa’ ritratti li jixtieq fuq il-midja soċjali imma mingħajr ma nkunu nafu, hemm min forsi jħoss għaliex lil uliedu ma setax jixtrilhom bħas-soltu jew ix-xewqa tagħhom.
Jerġa’ din is-sena iżjed u iżjed għaliex il-pandemija laqtet bosta familji. Il-midja soċjali għandha tintuża tajjeb biex naqsmu l-ferħ mhux biex nuru l-istat tagħna. X’taħsbu?
Biss irridu nżommu f’moħħna li l-ħsieb kollox. Irridu ngħallmu lit-tfal tagħna l-valur ta’ dak li jirċievu; mhux l-ikbar, l-ogħla fil-prezz u l-aqwa… imma l-ħsieb, l-għotja u l-ferħ.
Ritratt: Dissolve