Il-Ftira Ta’ Malta – L-Ewwel Ikel Malti Li Spiċċa Fil-Lista Tal-UNESCO

 Il-Ftira Ta’ Malta – L-Ewwel Ikel Malti Li Spiċċa Fil-Lista Tal-UNESCO

Il-ftira u l-arti kulinarja tagħha se jkunu l-ewwel element lokali fil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO.

Il-ftira Maltija li tinħadem b’mod tradizzjonali u mfittxija minn bosta, spiċċat fil-lista tal-UNESCO wara li fl-2017, Malta rratifikat il-konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-wirt kulturali intanġibbli.

L-għażla tal-ftira saret b’deċiżjoni ġiet mingħand in-nies u mhux il-Gvern. Il-poplu u dawk kollha involuti f’dan il-qasam mexxew ’il quddiem il-proposta tal-ftira Maltija biex tidħol fil-lista tal-wirt intanġibbli tad-dinja kollha tal-UNESCO.

L-applikazzjoni ġiet segwita sakemm finalment ġiet aċċettata fl-Assemblea Ġenerali tal-Wirt Tanġibbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com