Il-Ħruq Fil-Ħamrun: Il-Familja B’5 Ulied Tilfet Kollox, Imma Sabet Il-Qlub Tal-Maltin U L-Għawdxin

 Il-Ħruq Fil-Ħamrun: Il-Familja B’5 Ulied Tilfet Kollox, Imma Sabet Il-Qlub Tal-Maltin U L-Għawdxin

Il-Familja li lbieraħ inħarqilha l-appartament fi Triq Meltinone Scerri Ħamrun fil-Ħamrun, irringrazzjat lill-Maltin u L-Għawdxin kollha għall-appoġġ kbir li sabu wara li f’temp ta’ ftit minuti tilfu dak kollu li kellhom, inkluż ir-rigali tal-Milied. FL-Appartament mal-ġenituri jgħixu ħamest’itfal.

Wara appell minn xi ħbieb fuq il-midja soċjali, il-Familja rċeviet għajnuna mingħand diversi persuni, minn ħwejjeġ sa affarijiet tal-ikel sa għamara.

Il-Gvern ilbieraħ ħabbar li se jkun qed jassisti l-familja billi provdilha post alternattiv.

Il-Familja rringrazzjat lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li f’dan iż-żmien tal-Milied, minn esperjenza ħażina, ħarġet il-ġenerożita’ tal-Maltin u l-Għawdxin.

Bir-Ritratti: Id-Diżastru Li Ħalla Warajh In-Nar Li Ħakem Appartament Fil-Ħamrun

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com