Iċ-Ċkejken Lydon B’Sorpriża Spontanja Lill-Prim Ministru

 Iċ-Ċkejken Lydon B’Sorpriża Spontanja Lill-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Jomike u Lydon – il-missier u l-iben rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.

Jomike u Lydon irnexxielhom jisirqu l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin billi bit-talent tagħhom, komplew jagħtu l-ħajja lill-għana tradizzjonali Maltija b’kollaborazzjoni tassew ħajja u dinamika bejniethom.

Matul il-laqgħa, iċ-ċkejken Lydon reġa’ seraq ix-xena hekk kif ma naqasx milli jagħti sorpriza ħelwa lill-Prim Ministru meta qabbillu żewġ linji spontanji. X’qabbillu eżatt ma nafux, iżda żgur li nissel tbissima fuq wiċċ Robert Abela kif nissel fuq wiċċ eluf ta’ Maltin li vvutawlu l-Ħadd li għadda.

Min-naħa tiegħu, awgura suċċess mill-isbaħ lil Jomike u lil Lydon talli ispiraw lill-poplu Malti japprezza aktar il-kultura u l-ilsien Malti filwaqt li awguralhom għal aktar suċċessi fil-karriera tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com