“Il-Kunsill Lokali Ma Jridx Jerfa’ Responsabbiltà Għall-Inċident Li Kellha Marti” – Daniel Brincat
Daniel Brincat esprima d-diżappunt tiegħu permezz ta’ Facebook wara li rċieva ittra mingħand l-avukat tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li tgħid li l-Kunsill mhux se jkun qed jerfa’ l-ebda responsabbiltà għall-inċident ta’ martu.
Erba’ xhur ilu, mart Brincat, weġġgħet sieqha serjament wara li waqgħet f’ħofra taħt il-bankina.
“Kif jidher mir-ritratt, il-ħofra mtliet mill-kunsill jumejn wara l-inċident. Filwaqt li marti għamlet xahrejn bil-krozzi u ma setgħetx tmur għax-xogħol, u ma setgħetx tiċċaqlaq kif trid, hija għadha ssofri l-uġiegħ u t-tbatija mill-aċċident sal-lum”, tenna Brincat.