Il-PM Jħabbar €1 Miljun F’Għajnuna Lis-Sidien Tal-Bars U Każini

Il-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-barijiet u każini f’għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw kawża tal-pandemija.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru qal li fl-aħħar ġimgħat żamm kuntatt personali kontinwu ma’ sidien tal-istess barijiet u fehem il-bżonn ta’ aktar sostenn, li jikkumplimenta l-wage supplement li diġà qiegħed jagħti l-Gvern, speċjalment f’dawn il-jiem ta’ festi.
Dr Abela qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru d-dettalji ta’ dan l-inċentiv.
“Se tibqgħu ssibuni magħkom biex flimkien nerġgħu naqbdu t-triq tas-suċċess”, temm jgħid il-Prim Ministru.